Żmien il-Milied mimli b’talenti sbieħ

Il-kunċert tal-istudenti huwa mistenni ferm mill-istudenti tal-iskola tagħna. Hekk kif jibda Diċembru, jibdew il-preparamenti għal dan il-kunċert li jittella’ bis-saħħa tal-kreattività u tax-xogħol tal-istudenti. Minn Diċembru jibdew ir-rehearsals, li matulhom niffukaw ukoll fuq is-sens ta’ għaqda bejn il-gruppi; għaliex wara kollox, l-għan ta’ dan il-kunċert huwa li nieħdu gost flimkien.

Din is-sena, il-Kunsill tal-Istudenti ppreżenta madwar ħmistax-il grupp li taw wirja sabiħa ħafna, b’taħlita ta’ żfin u kant. Din is-sena wkoll kien hemm grupp ta’ studenti, iggwidati minn żewġ għalliema tal-Ingliż, li interpretaw “A Christmas Carol”. Maż-żfin u l-kant kollu, ma setgħetx tonqos reċta qasira, imtellgħa minn żewġ LSA’s u minn xi studenti tal-klassijiet tat-2.1, 2.2 u 2.3. Din ir-reċta kienet mibnija fuq l-istorja ta’ Cindirella, però b’nota umoristika u b’ħafna karatteristiċi tal-istudenti stess li interpretawha. Prosit kbira lil kull min ipparteċipa f’dan il-kunċert!

Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied

Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied Kuncert tal-Milied

Is-sala tal-iskola timtela b’atmosfera aktar ferriħija f’okkażjonijiet bħal dawn u tinħass ċertu armonija għaliex l-istudenti jkunu qed jieħdu gost jaraw lil xulxin jipparteċipaw, jikkollaboraw u jieħdu pjaċir mal-għalliema tagħhom, jidħku u jkantaw flimkien u dan jgħinna nidħlu ftit aktar fl-atmosfera tal-Milied.

Is-Sa. M. Vella