Zjarat minn Awturi Maltin

Last week we had a visit from a Maltese author – Roberta Bajada. Some of the students had the opportunity to interview her and analyze different characters we find in books. Thanks to all those who gave a helping hand and to Mr. Stefan Zammit for these photos.

Il-ġimgħa l-oħra bdejna biż-żjarat ta’ xi awturi Maltin ġewwa l-iskola tagħna. Roberta Bajada ġiet fostna biex tkellem lil xi studenti tas-seba’ sena li minn Jannar se jibdew jaqraw mill-ktieb tagħha ‘Arloġġ u Tila’. Proprju f’dis-sena, l-istudenti jitħarrġu fil-ġeneru ta’ intervista u permezz ta’ din iż-żjara, kellhom l-opportunità li jużaw tekniki diversi ta’ mistoqsija f’kuntest differenti minn ta’ klassi. Iżjed minn hekk, permezz ta’ attività ħelwa, l-istudenti analizzaw sfumaturi ta’ karattri varji li niltaqgħu magħhom fl-istejjer u semgħu rakkonti minn kotba oħra tal-istess awtriċi.

Grazzi mill-qalb lis-Sa Bajada talli aċċettat l-istedina tagħna u lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f’din l-attività.

Ħajr lis-Sur Stefan Zammit ta’ dawn ir-ritratti.