Bidu ta’ sena skolastika ġdida u żjara mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo awgura sena skolastika tajba kemm lill-istudenti kif ukoll lill-edukaturi kollha waqt żjara li għamel f’diversi skejjel – fl-iskola Primarja tal-Għargħur, fl-iskola Primarja tan-Naxxar, u fl-iskola Medja tal-Ħamrun matul l-ewwel jum.

[Best_Wordpress_Gallery id=”27″ gal_title=”Ministru Sept 2017″]

[Best_Wordpress_Gallery id=”28″ gal_title=”First Day 2017″]

Il-Ministru appella biex nuru appoġġ aħjar lejn l-edukaturi kollha għax huwa konxju mix-xogħol siewi tagħhom u għandna nuru apprezzament li dawn l-għalliema jkomplu bil-preparamenti tagħhom lil hin mill-ħinijiet uffiċċjali tagħhom. Għaldaqstant, hemm bżonn li nkomplu niddiskutu biex intejbu l-kundizzjonijiet tal-edukaturi, biex flimkien mal-kumplament tas-soċjetá b’mod kollettiv naħdmu flimkien għal skop wieħed, dak ta’ aktar ġid għat-tfal tagħna u fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna.

Artiklu meħud mill-paġna tal-Edukazzjoni fuq Facebook.

Artikli oħra relatati:

MaltaToday.com

TimesofMalta.com

illum.com.mt