Żjara fil-Biblijoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta

Fiż-żjara tal-istudenti tar-raba’ sema ġewwa l-Biblijoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta, l-istudenti saru midħla ta’ dak li hemm fil-Biblijoteka, l-istorja u l-iżvilupp tal-ilsien Malti. L-istudenti raw il-proċess tar-restawr tal-kotba u kellhom l-opportunità jaraw kotba anke ta’ żmien il-Kavallieri jiġu restawrati. L-istudenti raw ukoll filmat dwar l-istorja tal- Biblijoteka u l-istorja tal-ilsien Malti sa minn żmien Ġan Franġisk Agius De Soldanis.

Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali Biblijoteka Nazzjonali

Waqt l-aħħar attività l-istudenti kellhom taħriġ fil-librerija prinċipali fejn ingħataw ktejjeb ta’ taħriġ li bi gwida setgħu jagħmlu analiżi ta’ Malti tal-imgħoddi u jaraw id-differenza għal kif inhu miktub il-Malti llum. L-istudenti ħadu pjaċir ħafna u qalu li tgħallmu minn din l-esperjenza li se sservihom tajjeb ukoll għall-eżami tal-Matrikola.

Is-Sa. S. Spiteri
Għalliema tal-Malti