Żak Seminar

Bejn il-Tnejn 4 u t-Tlieta 5 ta’ Diċembru 2017 grupp ta’ 16-il studenta mill-Form 5 attendew għal seminar organizzat mill-iskola tagħna flimkien maż-ŻAK ġewwa ċ-Ċentru taż-ŻAK li hemm f’Birkirkara. ŻAK hija organizazzjoni Maltija li tiffoka fuq l-iżvilupp spiritwali, soċjali u personali taż-żgħażagħ. Hemmhekk l-istudenti għamlu attivitajiet diversi, kollha jikkonċentraw fuq self-esteem u leadership skills.

Matul dan is-seminar l-istudenti raw xi filmati qosra, għamlu kwiżż u anke rreċtaw reċta qasira. F’attività oħra l-istudenti kellhom anke jibnu torri magħmul mill-gazzetti…torri sod biżżejjed sabiex bajda nejja tibqa’ sħiħa bla ma taqa’ wara li titpoġġa fuq nett tat-torri. M’għandniex xi ngħidu … ma kinitx biċċa xogħol faċli! Dawn il-jumejn kienu esperjenza sabiħa u interessanti immens fejn fiha l-istudenti tgħallmu ħafna affarijiet li żgur ‘il quddiem fil-ħajja tagħhom ser jiġu bżonn. Fuq kollox kienet esperjenza li kompliet saħħet ir-relazzjonijiet u l-ħbiberiji sbieħ li l-istudenti ilhom jibnu f’dawn l-aħħar ħames snin!

Noelene Magro
Klassi 501