World Aids Day

Informazzjoni Dwar L-HIV u L-AIDS

Il-virus tal-HIV (Human Immunodeficiency Virus) hu l-virus li jikkawża l-AIDS. Instabu ħafna varjetajiet ta’ dan il-virus. Il-virus jattakka s-sistema tar-reżistenza tal-ġisem. Jittieħed biss mill-fluidi tal-ġisem, bħalma hu d-demm.

M’hemm l-ebda riskju jekk ma jkunx hemm kuntatt mal-fluidi ta’ persuna li tkun “HIV positive”.

AIDS tfisser: Acquired – jigifieri tehodha minghand haddiehor  Immuno – jigifieri s-sistema ta’ difiza tal-gisem Deficiency – jigifieri li mhux qed tahdem sew Syndrome – tfisser tahlita ta’ sintomi ta’ mard

Mela l-AIDS hi tahlita ta’ sintomi ta’ mard li tittiehed minn haddiehor u li l-gisem ma jistax jiddefendi ruhu kontrihom.

Meta l-virus tal-HIV jidhol fid-demm, dan joqtol ic-celluli l-bojod li normalment joqtlu l-viruses l-ohrajn biex jiddefendu lil gisimna kontra l-mard.

L-HIV jittiehed:  B’kuntatt sesswali bejn persuni nfettati; B’demm infettat li jithallat mad-demm ta’ persuna oħra;  Minn omm tqila għat-tarbija tagħha

Il-virus tal-HIV ma jittiehedx:  B’kuntatt normali ta’ kuljum ma’ persuna nfettata; Billi tmiss ma’ persuna jew tbus lil persuna; Billi tuza l-istess toilet; Billi tmiss l-istess oġġetti

S’issa mhux kull min hu nfettat bil-virus tal-HIV żviluppa l-AIDS. Imma kull min hu nfettat xorta jista’ jinfetta lil ħaddiehor li imbaghad jista’ jaqbdu l-AIDS.

L-AIDS tiżviluppa meta d-difiza tal-gisem ma tkunx qed tahdem tajjeb. Hekk ikun aktar facli li l-persuna timrad b’mard li l-gisem is-soltu jkun jiflah ghalih u jiggilidlu. Dan il-mard jista’ jkun serju, kif ukoll fatali (li joqtlok).

L-AIDS hija serja hafna u s’issa m’hemmx kura ghal din il-marda.