Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd!

Iva fil-Blata l-Bajda wasal iż-żmien tal-Karnival u jkollna ngħidu li wasal bil-kbir. Għax għall-Karnival 2018 ġie organizzat għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, The Isle of Blata l- Bajda! Iva qrajtu sew! Kellna kantanti Maltin bħal kbir Freddy Portelli. Imma l-kbir għadu ġej! Kellna lil Camilla Cabeo bid-diska Havana, lil Luciano Pavarotti flimkien mal-kor tal-502 u lill-Grupp TMNT bid-diska Shuffling. Mill-foresta tal-Amażonja kellna grupp Indjan li talbu għax-xita permezz ta’ żifna għax-xitajisimha Iko Iko u eżatt warajhom indunajna li marret xi ħaġa żmerċ għax ġew id-duo Weather girls ikantaw It’s Raining Men. Kien ser ikollna xi ngħidu sew mal-organizzaturi tal-Karnival proprja għax saħqu li kien kollu tort tagħna li minn dak inhar ix-xita barra ma waqfitx u kellhom jitħassru l-attivitajiet. Kellna ukoll grupp Block B Busters li fi ftit minuti wrewna l-evoluzzjoni tal-mużika permess ta’ żifna spettakolari. Għalaqna l-kunċert tagħna bil-kbir, meta lqajna fostna lill-grupp Svediz Abba, li tana medley mill-aqwa u li ntlaqgħet bil-kbir mill-istudenti tagħna li flimkien għalqu l-programm bl-għajta ta’ Jgħajjtu x-xjuħ u jgħajjtu t-tfal… Viva Viva l-Karnival!

 

Is-Sa. D. Dimech