Special Assembly: Dun Karm Psaila

Yesterday we had a special assembly in honor of our national poet: Dun Karm Psaila. Some children read some biographical points and two of his poems and sang the national anthem. Thank you and well done to our students!

Ix-xahar t’Ottubru huwa sinonimu ma’ Dun Karm Psaila għax fih niċċelebraw żewġ anniversarji importanti: it-twelid u l-mewt tiegħu. Kien xieraq li bħala skola norganizzaw xi ħaġa speċjali f’ġieħ il-poeta nazzjonali tagħna. Waqt l-assembly tal-bieraħ, uħud mill-istudenti qraw xi punti bijografiċi dwaru u żewġ poeżiji minn tiegħu, u spiċċajna bil-kant tal-Innu Malti. Grazzi u prosit lill-istudenti bravi tagħna.

Is-Sa. S. Apap
Kap tad-Dipartiment tal-Malti