Spazji ta’ Talb u Eżerċizzji tar-Randan

Matul ix-xhur ta’ Marzu u April l-istudenti kellhom ħafna attivitajiet interessanti fosthom dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ispiritwalità. Matul dan iż-żmien tar-Randan, l-istudenti kollha kienu mistiedna jattendu spazji ta’ talb magħrufa aktar bħala ‘Prayer Spaces’, fejn fihom ikollhom iċ-ċans jirriflettu ftit fuq x’qed jiġri fil-ħajja madwarna u wkoll fil-ħajja personali tagħhom u fir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla.

Marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan kellhom ukoll l-eżerċizzji spiritwali fejn ma’ Fr. Ruben qasmu xi esperjenzi u ddiskutew temi li l-aktar jolqtu lilhom bħala adolexxenti. Dawn l-eżerċizzji ġew fis-sħiħ permezz tal-quddiesa tad-Duluri, fejn fiha ħafna mill-istudenti pparteċipaw u animaw il-quddiesa billi ħadu ħsieb li jaqraw u jtellgħu xi talb li sar fil-Prayer Spaces.

 


 

Is-Sa R. Frendo
Għalliema tar-Reliġjon