San Gorg Preca College Youth Club

 

Youth Club

Il-Youth Club huwa post fejn żgħażagħ mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca tas-Sena 7 u 8, jiltaqgħu flimkien f’post sabiħ, jagħmlu ħbieb ġodda u jitgħallmu ħafna affarijiet sbieħ waqt li jkunu qed jieħdu gost.

[Best_Wordpress_Gallery id=”21″ gal_title=”Youth Club”]

 

Fost ħafna attivitajiet, ikun hemm ħafna logħob li jinvolvi team-work u ikun hemm ukoll sports differenti. Nagħmlu wkoll crafts fejn dejjem nitgħallmu nagħmlu xi ħaġa ġdida kif ukoll inkunu liberi biex nkunu krejattivi. Jiġu organizzati outings bħall-treasure hunts, picnics u hikes. Fis-sajf ikun hemm ukoll live-in, immorru l-baħar u nagħmlu BBQ,  u jkollna ukoll parties sbieħ.

Il-Youth Club huwa post fejn titgħallem u ma tibżax tieħu sehem fl-attivitajiet kollha mingħajr ma tistħi. Jgħinek ukoll tagħmel ħafna ħbieb ġodda u tibni l-karattru tiegħek. Mela x’qed tistennew? Imlew l-applikazzjoni u ejjew magħna. L-applikazzjonijiet jinġabru mingħand il-Guidance Teachers, LSZ Staff, Assistant Heads jew mingħand il-Youth Worker stess li tieħu ħsieb dan il-Youth Club. Nisperaw li narawkom!

Is-Sa. S. Camilleri
Youth Worker