Saħħa u Sbuħija

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2020, bħala parti mill-attivitajiet marbuta mas-Saħħa u Sbuħija, l-istudenti tal-Klassi 1.12 kellhom l-opportunita’ li jiltaqgħu mill-qrib ma’ “hairdresser”. Huwa spjegalhom dwar kif inhi magħmula x-xagħra u x’għandu wieħed jagħmel biex iżomm ix-xagħar f’saħħtu, fosthom billi wieħed jaħsel ix-xagħar spiss, iżomm dieta bilanċjata u juża prodotti tajbin u mhux sempliċiment prodotti li wieħed isib fuq l-ixkafef tas-supermarkets jew spiżjara. L-istudenti kellhom ukoll iċ-ċans jesperimentaw fuq xagħar artifiċjali biż-żebgħa u kuluri differenti, wara li kienet ġiet spjegata sewwa il-“colour chart”. Aktar tard ippruvaw ukoll kif klijent/klijenta tista’ tibdel il-kulur tax-xagħar billi jiġi applikat kulur ieħor! Grazzi speċjali tmur lill-għalliema u lill-LSEs li għamlu din l-attivita’ possibbli! Prosit!