Prayer Spaces

Għall-ħabta tal-Avvent, marbuta wkoll mal-attivitajiet tal-Milied li jsiru fl-iskola tagħna San Gorg Preca College Middle School Blata l-Bajda, ikollna organizzati wkoll spazji ta’ talb fil-prayer room. Din id-darba b’mod aktar speċjali u akbar għax bdejna nużaw spazju gdid fi Blokk B u għalhekk stajna ndaħħlu aktar attivitajiet.
L-għan ta’ dawn l-ispazji ta’ talb hu biex l-istudenti tagħna, ta’ kull reliġjon, ikollhom iċ-ċans, f’ambjent kwiet u seren, jaħsbu dwar ħajjithom u dwar ħajjet ħaddieħor, u jgħaddu minn mumenti ta’ riflessjoni, b’oppost għall-ħajja mgħaġġla tal-lum li ftit toffri dan.

Prosit u Grazzi speċjali jmorru għall-għalliema li jaħdmu bi sħiħ f’dan il-Kumitat! Xogħol tad-deheb!!