Pink October 2017

Ta’ kull sena fix-xahar t’ Ottubru Pink October Malta tniedi kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.  Sfortunatament ħafna minna jew tilfu lil xi ħadd għażiż minħabba din il-marda kiefra, jew jafu lil xi ħadd li bħalissa qiegħed jiġġieled ma’ din il-marda.  Sfortunatament ukoll huma ħafna dawk li ma jieħdux l-interess li jagħmlu check ups regolarment minħabba li jittraskuraw jew inkella minħabba li jibżgħu li jinstabilhom xi ħaġa.  Kien għalhekk li din is-sena, Pink October Malta għażel il-motto – Face your fear!  Dan kollu biex dak li jkun jagħmel kuraġġ u jieħu azzjoni.

L-iskola tagħna bħal fis-snin l-imgħoddija tat sehemha ukoll f’din il-kampanja.  Numru sabiħ ta’ membri tal-istaff wara l-iskola iddedikaw ħinhom biex isajru xi cupcakes.  Dawn ġew mibjugħa fil-brejk u nġabret is-somma sabiħa ta’ erba’ mitt Ewro.

Fl- 20 t’ Ottubru s-Sinjura Michelle Muscat f’isem il-Marigold Foundation żaret l-iskola tagħna.  Bdiet iż-żjara tagħha billi inawgurat bankijiet li ġew rinovati minn grupp ta’ studenti u għalliema u li tpoġġew quddiem Blokk C.



Wara s-Sinjura Muscat iltaqgħet mal-istudenti tal-Ħames sena u magħhom tkellmet dwar l-importanza li wieħed jiċċekkja regolarment sidru u li jieħu ħsieb saħħtu.  Takkumpanja lis-Sinjura Muscat, kien hemm sinjura li qasmet l-esperjenza tagħha wara li ħarġilha l-kanċer erba’ darbiet.  Trisha Cassar, studenta tal-Ħames sena, ippreżentat lis-Sinjura Muscat is-somma ta’ erba’ mitt ewro, filwaqt li s-Sinjura Muscat ippreżentat lill-iskola vawċer biex jinxtraw kotba għal-librerija tal-iskola.

Is-Sa. D. Dimech
Għalliema