Parents’ Evening u Attendenza

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Novembru ser niftħu l-iskola filgħaxija biex nagħtuk l-opportunità li tiltaqa’ mal-għalliema tat-tfal tiegħek biex flimkien tiddiskutu l-progress fid-diversi suġġetti u oqsma oħra fl-interess tagħhom. Ser ngħaddulkom fuljett bl-ismijiet tal-għalliema u l-kmamar li ser ikunu fihom dakinhar – tistgħu titolbu lit-tfal jimmarkaw liema għalliema jgħallmuhom.

 

Qed ninkludi ċirkulari importanti dwar l-attendenza u minħabba li għadha kif ġiet imħabbra Policy Ġdida Nazzjonali dwar l-attendenza, qegħdin nieħdu l-opportunita’ li nispjegaw it-tibdil lil dawk minnkom interessati, għadaqstant ser ikollna laqgħa qasira dwar dan fis-sala tal-iskola dakinhar stess fl-16:30.

 

F’din il-ġurnata, l-iskola tispiċċa kmieni, jkun hemm l-ewwel 5 lezzjonijiet biss u t-trasport lura lejn id-dar ikun provdut fl-12:20.

 

Id-dettalji fil qosor huma dawn:

 

Data Okkażjoni Ħin Dettall
20/11/14 Laqgħa dwar il-Policy dwar l-Attendenza 16:30 sa 17:00 Fis-Sala tal-Iskola
20/11/14 Parents’ Evening 17:00 sa 19:00 Skola sa 12:20

 

Nieħdu pjaċir li tilqa’ din l-istedina għax nemmnu li rridu naħdmu flimkien għal-ġid tal-istudenti.

 

Ċirkulari għall-Ġenituri dwar l-Attenenza tat-tfal – Sekondarja