Pantomima tal-Milied – Cindirella

Ta’ kull sena qabel il-Milied l-istudenti tal-Blata l-Bajda jkunu bi ħġarhom jistennew biex jaraw biex ħa joħorġu l-għalliema tagħhom waqt l-attivitajiet tal-Milied.  Kull sena aħna l-għalliema nwiegħdu lill-istudenti tagħna xi ħaġa aqwa u aħjar!   U nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li din is-sena l-pantomima li tellajna, Cindirella, kienet suċċess kbir.

Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied

Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied Pantomima tal-Milied

Fil-fatt mhux bi ftaħir u lanqas b’esaġerazzjoni, imma jkolli ngħid li l-ġurnali u l-magazines kemm lokali u kemm internazzjonali kienu mimlija b’ritratti tagħna.  Intervisti mal-atturi u maż-żeffiena kollha ma waqfux!!  Saħansitra ġejna offruti bosta xogħlijiet f’teatri  madwar id-dinja kollha u Steven Spielberg qed jiġri warajna biex niffirmaw kuntratti għas-snin li ġejjin.   Imma serrħu raskom aħna magħkom fl-iskola ser nibqgħu!

U issa?  Xi jmiss is-sena d-dieħla?  Stennew u taraw!!

Narawkom Milied ieħor …. u  nissogra nżid, b’xi ħaġa aqwa u aħjar!!

Is-Sa. D. Dimech

Comments are closed.