Mystery Box Challenge 2017

Fit-18 ta’ Mejju 2017, saret it-tieni edizzjoni tal-‘Mystery Box Challenge’ ġewwa Blokk B. Din kienet tinkludi erbà kaxxex mimlija b’ikel differenti. Kull grupp ta’ studenti, kellhom kaxxa għalihom. L-attività bdiet fil-foyer tal-blokk, fejn l-erbà gruppi fetħu il-kaxxi tagħhom u ġrew ġewwa l-laboratorju. Hawnekk huma raw sewwa x’ingredjenti kellhom u ħasbu x’jistgħu isajru bihom. Fost l-ikliet li l-istudenti għamlu kien hemm: majjal bil-patata maxx, qarabali mimli bl-irkotta, ciabatta mimlija bil-laħam u bajd, salamun bil-patata u wrap, bżar aħdar mimli bit-tiġieġ u saħansitra anki kejk bħala deżerta.

Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017 Mystery Box Challenge 2017

Kull grupp ħadem flimkien fit-tisjira u l-ħasil tal-platti. Ittieħdu wkoll vidjo u ritratti ta’ l-attività li tistgħu issibuhom fuq din il-paġna. L-istudenti ramaw il-mejda bid-dekorazzjonijiet tagħhom. Hawnekk ippreżentaw l-ikel bħala riżultat finali. B’hekk l-għada saret ‘online poll’ fejn il-pubbliku vvota għal-aħjar ikla. L-għalliema taw ukoll il-punti tagħhom, biex fl-aħħar intgħażel il-grupp rebbieħ. Kull parteċipant ingħata tifkira żgħira u ċertifikat, filwaqt li l-grupp rebbieħ ingħata ktieb tar-riċetti.

Prosit lil kull min ħa sehem!

L-Għalliema tal-‘Home Economics’