Mużika u Ambjent ma’ Tribali

L-artist lokali Peter Paul mill-grupp mużikali popolari Tribali ġie u ħoloq workshop interessanti ħafna flimkien mal-istudenti tal-ewwel sena fl-iskola tagħna stess. Minflok bi strumenti tradizzjonali, l-istudenti daqqew bi strumenti li ħolqu huma stess minn kontenituri tal-plastik riċiklati. Din l-attività ġiet imtella’ wkoll b’kollaborazzjoni ma’ Wasteserv bil-għan li l-istudenti jitgħallmu jnaqqsu l-użu tal-plastik fil-ħajja ta’ kuljum.

Is-Sa. C. Seguna
Assistenta Kap