Multicultural Day

U nhar it-Tnejn 21 ta’ Mejju għadda u mar! Wara tliet ġimgħat ta’ preparazzjonijiet, kien wasal il-jum li fih niċċelebraw il-kulturi differenti fostna. Fl-iskola tagħna għandna studenti minn madwar ħmistax-il pajjiż differenti. Ma’ dawn il-pajjiżi tajjeb li nżidu magħhom il-lingwi li jiġu mgħallma fl-iskola tagħna, fosthom il-lingwa tagħna l-Maltin.

Il-ġurnata ftaħnieha b’Assembly speċjali b’żifna folkoristika Maltija u konversazzjoni bejn grupp studenti Sirjani u Kurdi. Bejn il-11:00 u s-13:00 l-istudenti kollha kellhom iċ-ċans li jduru l-istands ippreparati mill-istudenti u l-għalliema. Hawn raw informazzjoni marbuta mal-pajjizi, staqsew u saħansitra daqu ikel differenti: ikel mill-mejda Maltija, pizza mill-Italja, zalzett bil-karì mill-Ġermanja, crossaints minn Franza, ikel Ċiniż, ross Tajlandiż u ikel Għarbi bħal melfuf, ħelwa ġobna u namura!

Għalaqna din il-ġurnata billi inawgurajna plakka taċ-ċeramika marbuta mat-tema tal-Milied. Il-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù 2018 sena ilu torbot ħafna mal-esperjenzi ta’ nies li llum ifittxu post fejn jagħmlu ħajja ġdida għall-familja tagħhom minħabba gwerer u konflitti. Insomma kienet ġurnata mill-isbaħ għal kulħadd fejn intbaħna li għalkemm kulħadd differenti, huwa sabiħ li tkun milqugħ u maħbub!

Is-Sa. C. Seguna
Assistenta Kap

Comments are closed.