Messaġġ mill-Prinċipal tal-Kulleġġ

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Nibda billi nintroduċi  ruħi bħala l-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ (College Principal). Ninsab kuntent ħafna li jien parti mil-kulleġġ San Ġorġ Preca u nħares il-quddiem b’sens ta’ ottimiżmu għax nara li fi ħdan l-iskejjel ta’ dan il-kulleġġ hawn ħafna affarijiet sbieħ.

Nittama li kellkom bidu tajjeb għal din is-sena skolastika. Ċert li l-iskejjel ħadmu ħafna biex ikunu ppreparati bl-aħjar mod possibbli ħalli jkunu ċentri li joffru esperjenzi ta’ tagħlim mill-aqwa.

Jiena nemmen li, grazzi għan-nies kollha li qed jagħtu sehemhom, lill-istudenti qed noffrulhom ambjent san u ta’ kwalità u fl-istess ħin inwassluhom biex jilħqu il-potenzjal tagħhom.

Nemmen ukoll li intom il-ġenituri l-aktar edukaturi importanti ta’ wliedkom. Aħna rridu naħdmu flimkien għall-aħjar interess ta’ wliedkom. Inħarsu ’l quddiem biex flimkien ngħinu lit-tfal tagħkom jilħqu l-aqwa tagħhom.

Is-Sur Jude Zammit
Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ