Maratona Puttinu Cares 2015

3

Għas-sitt sena konsekuttiva l-iskola tagħna reġgħet organizzat maratona ta’ ġbir ta’ flus b’risq Puttinu Cares, fondazzjoni li kif jaf kulħadd tgħin lin-nies speċjalment lit-tfal li jkunu maħkuma mill-marda kiefra tal-kanċer.  Ġo l-iskola tagħna din il-Maratona bdiet fis-sena 2009 meta grupp ta’ studenti iddeċidew li jagħtu s-sehem tagħhom biex b’xi mod itaffu ftit mit-tbatija li jgħaddu minnha dawn in-nies.

Din is-sena nġabret is-somma sabiħa ta’  Euro 2538.  L-istudenti tagħna ippreżentaw din is-somma nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejja fil-grawnd tal-Marsa fejn kienet qed tiġi mtellgħa l-Maratona annwali ta’ Puttinu  Cares.

Barra minn hekk grupp ta’ studenti minn tagħna iffurmaw timijiet tal-futboll u ħadu sehem f’din il-Maratona.

1

Sitt studenti mir-raba’ sena taw sehem ukoll bħala parti mill-animation tim.

2

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lill-istudenti kollha li għamlu ħilithom biex jiġbru din is-somma sabiħa, kif ukoll lill-għalliema u l-istaff anċillari tad-donazzjonijiet tagħhom.  Grazzi kbira tmur ukoll lill-kap tal-iskola is- Sur Emile Vassallo li dejjem jissapportjana f’attivitajiet bħal dawn.

Grazzi kbira oħra tmur lill-isponsors tagħna li jemmnu fina u jagħtuna dejjem għajnuna kbira kull meta jkollna bżonn.  Dawn huma: Hornblower Cruises, Captain Morgan, St. George’s and La Vallette Resort, Supreme Travel, Beauty Bliss,  Mdina Glass, Opal Make Up and Beauty Salon, Sina’s Beauty Salon, Tutto Sport, Be Beauty, Impressions Beauty Salon, Golden Bay Horse Riding, Preluna Hotel and Spa, The Beauty Lounge, Beauty Point Wellness Centre and Corinthia Palace Hotel and Spa.

Grazzi mill-qalb.