Leon Debono, żeffien ta’ success

Iltqajna ma’ Leon Debono (2.02), li mhux biss għandu passjoni għaż-żfin, imma anki rebaħ kompetizzjonijiet internazzjonali.

Kemm ilek tiżfen, u fejn titgħallem?

Ili sentejn, u darba f’ġimgħa nipprattika għand Steps Ahead Dance Academy. L-istili li niżfen huma l-Ballroom u l-Latin.

X’ġiegħlek tibda dan id-delizzju?

Minn dejjem kont miġbud lejn iż-żfin. Meta kont nara lil xi ħadd jiżfen kont nissaħħar nara l-enerġija tagħhom u kont inħoss xi ħaġa iġġiegħelni nqum u niżfen jien ukoll.

Għidilna dwar xi kompetizzjoni li ħadt sehem fiha.

Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika tlajt Blackpool fl-Ingilterra.
Ikkompetejt fi 8 events: 2 mal-għalliema u 6 mal-partner. Dawn kienu maqsumin skont l-istil: 4 fi stil, u l-4 l-oħra fl-istil l-ieħor.

Kif mort fil-kompetizzjoni?

Ġejt fl-ewwel post f’4 żifniet, fit-tieni post fi 3 żifniet, u f’żifna oħra ġejt fir-raba’ post.

Xi pjanijiet għandek għall-quddiem?

F’Lulju li ġej qiegħed nippjana li nerġa’ nikkompeti, imma qabel dan irrid nikkwalifika.

Prosit Leon! Nixtiqulek suċċess f’din in-namra tiegħek lejn iż-żfin.