Lejl f’Ħad-Dingli

Tul din is-sena skolastika, ġiet imtellgħa kompetizzjoni tal-kitba deskrittiva. Din il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti fi tliet komponimenti deskrittivi li magħhom kien hemm abbinata ħarġa. L-istudenti ħadmu b’ħeġġa tul il-proġett u dan wassal biex finalment jingħatalhom premju.

Fl-10 ta’ Mejju, l-istudenti flimkien mal-għalliema rħewlha lejn Ħad-Dingli biex iqattgħu jumejn flimkien. Kienet esperjenza mimlija avventura, nieqsa mill-irqad iżda mhux mill-istorbju. Kienu jumejn li ċertament l-istudenti ħadu gost u tgħallmu wkoll. Kien ta’ sodisfazzjon għall-għalliema tal-Malti li raw titjib sostanzjali fil-kitba tal-istudenti kif ukoll it-tbissima ġenwina tul l-isleepover.

Fi kliem l-istudenti nfushom:

“Din l-esperjenza sabiħa immens. Żgur li se tibqa’ fil-memorja tagħna. Daqskemm ħadna pjaċir nixtiequ li din nagħmluha spiss. Din saret għax aħna ħdimna flimkien b’mod xieraq f’komponiment.” Iro Bartolo Burlò

“Kienet esperjenza sabiħa fejn  aħna l-istudenti u l-għalliema ħadna gost u dħakna flimkien. Dawn il-memorji qatt ma ninsiehom.”
Keziah Farrugia

“Kienet esperjenza verament sabiħa li fiha ħassejtni eqreb lejn sħabi. Ħadt gost nagħmel il-kaċċa għat-teżor u nqatta’ l-ħin mal-ħbieb. Nixtieq li terġa’ ssir.” Maya Mercieca

Is-Sa S. Spiteri
Għalliema tal-Malti