Id-dipartiment tal-Malti tal-iskola tagħna ħoloq din il-preżentazzjoni dwar San Martin, l-istorja u l-festa tiegħu kif iċċelebrata f’Malta. Grazzi lil Ms Apap li għadditilna din l-informazzjoni.
Il-Knisja tfakkar 2 qaddisin b’dan l-isem, iżda dan hu l-iktar wieħed magħruf. San Martin l-ieħor huwa msejjaħ “ta’ Porres” u kien Dumnikan. F’parroċċi dumnikani, bħal dik tal-Belt, fil-passat kienu spiss isemmu ‘Martin’ għal dan il-qaddis l-ieħor.
U kif jgħid il-Malti… “Ġewż, lewż, qastan, tin… kemm inħobbu lil San Martin!”