L-Għażla tas-Suġġetti u t-Tranżizzjoni għall-istudenti tal-Form 2

Nhar it-8 u 9 ta’ Marzu 2017 saru t-taħdidiet fuq l-għażliet tas-suġġetti u ż-żjarat tal-orjentament ġewwa l-Liċeo San Ġorġ Preca, il-Ħamrun għal-istudenti tal-Form 2. Din l-attivita’  saret bil-kollaborazzjoni tal-Career Advisors, Counsellors, Trainee Counsellors u l-għalliema tal-Guidance.

F’dawn iż-żjarat, l-istudenti ingħataw l-opportunita’ li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-iskola tal-liċeo u jirċievu informazzjoni dwar l-għażliet tas-suġġetti għas-Senior School. L-għalliema spjegawlhom dwar is-suġġetti diversi li hemm offruti u l-karrieri li jwassluhom għalihom. Saru wkoll attivitajiet konnessi mal-għażliet tas-suġġetti.

Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2 Transition Form 2

Fl-10 ta’ Marzu saret ukoll laqgħa għall-ġenituri ta’ dawn l-istudenti fil-Liceo l-Ħamrun dwar it-tranżizzjoni u l-importanza li ssir għażla tajba mit-tfal tagħhom.

Is-Sa. M. Fabri
Mis-sezzjoni tal-Guidance