L-Għażla tas-Suġġetti għall-Form 3/Year 9

Ġħeżież Ġenituri/Kustodji Legali,

Fil-ġranet li ġejjin it-tfal tagħkom se jagħżlu żewġ suġġetti li se jibdew jistudjaw fit-tielet sena tas-sekondarja.  Biex tingħata informazzjoni eżatta, l-għalliema tas-suġġetti li jgħallmu fis-sekondarja ser jispjegaw is-suġġetti li t-tfal tagħkom jistgħu jagħżlu minnhom.

Ser issir ukoll laqgħa għalikom il-ġenituri/kustodji legali sabiex nagħtukom aktar informazzjoni dwar kif tistgħu tgħinu lit-tfal tagħkom fl-għażla tagħhom. Tistgħu wkoll tiċċaraw xi diffikultajiet. Din il-laqgħa ser issir;

Data: 10 ta’ Marzu 2017

Ħin:    9:30 am

Post:   Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Sekondarja Subien, Ħamrun

Minħabba l-importanza ta’ din l-għażla u t-transizzjoni għal uliedkom, l-attendenza għal din il-laqgħa hija apprezzata.

Filwaqt li nirringrazjawk bil-quddiem, napprezzaw il-preżenza tagħkom.

Insellu għalikom,

Annabelle Borg Gaffarena                                                                 Ann Julene Hili
Kap tal-Iskola                                                                                     Career Advisor

Comments are closed.