Żgur li Pietru Pitravu, Mastru Gerfex jew Betta Trombetta huma karattri popolari fil-letteratura Maltija. U mal-istudenti fl-iskejjel sekondarji, huwa popolari wkoll Zito Zandarell – peress li huwa l-karattru prinċipali tal-ktieb li jinqara fil-klassi bħala parti mis-sillabu tal-ewwel sena.
L-istudenti tal-klassijiet 1.01 u 1.02 kellhom l-opportunità li jiltaqgħu propju mal-awtur li ħoloq dawn il-karattri popolari msemmija qabel. Filfatt, Carmel G. Cauchi ltaqa’ mal-istudenti tagħna u qasam ftit esperjenzi magħhom. Fissrilhom wkoll l-iżvilupp li ra fil-produzzjoni u l-ippubblikar tal-kotba u wkoll irrakkonta xi episodju ta’ kif jiġuh l-ideat qabel jiktibhom.
Lejn l-aħħar, l-istudenti kellhom iċ-ċans li jistaqsuh xi domandi u ħeġġiġhom biex jaqraw u jesperimentaw bil-kitba huma stess – kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż! Uħud mill-istudenti rnexxielhom jakkwistaw ukoll il-firma tiegħu fuq ktieb minn tiegħu li ġabu magħhom l-iskola. Żgur li l-istudenti apprezzaw dak li qasam magħhom dan l-awtur.