Klabbs tal-Break

LEGO Club

Kull nhar ta’ Erbgħa, l-istudenti jkollhom LEGO Club fejn ikun jistgħu jagħmlu diversi mudelli permezz tal-LEGO. Il-mudell ikollhom ritratt tiegħu u ssir replika tiegħu; madankollu, matul is-sena, l-istudenti ser ikollhom ukoll l-opportunità jagħmlu xi mudelli li jixtiequ. Minħabba li l-istudenti jaħdmu f’pari, mhux biss dan il-klabb jgħin sabiex niksbu sens ta’ komunità u komunikazzjoni, iżda huma wkoll jiksbu l-ħila ta’ koordinazzjoni u konċentrazzjoni minħabba li xi mudelli jitolbu x-xogħol. Finalment il-LEGO Club jgħin biex tissawwar aktar immaġinazzjoni li mhux biss hija importanti iżda essenzjali f’dawn l-istudenti.

Ms G. Mifsud
Għalliema tal-Malti

Indoor Games

Kull nhar ta’ Tlieta u l-Erbgħa fil-brejk, fil-Kamra tal-guidance ġewwa Block E, l-istudenti għandhom l-opportunità li jilgħabu logħob ta’ ġewwa li nsejħulhom ukoll Indoor Games.

Xi tfisser ‘Indoor Games’? Dan hu logħob  li jista’ jintlagħab ġewwa mal-oħrajn bħala ħbieb, fejn l-istudenti jistgħu jiltaqgħu ma’ studenti ġodda li jħobbu l-board games u logħob ieħor.

Indoor games huma  logħob  kreattivi li żgur li l-istudenti
jieħdu gost jilgħabuhom flimkien għax mhux biss jistgħu jagħmlu ħbieb ġodda imma jistgħu jitgħallmu jikkooperaw, jempatizzaw u jieħdu l-opportunità jilgħabu mal-oħrajn fil-kwiet u bla ġlied. Eżempji ta’ logħob huma Ludo, Uno, Scrabble, Matching games, Twister, Bingo, Jigsaws u logħob ieħor edukattiv u
divertenti.

Ms M. Fabri
Għalliema tal-PSCD

Lunch Club

At the Learning Support Zone’s “Lunch Club”, we believe that no one should sit alone at lunch time. We are dedicated to making lunch time the best time of the day. Here you will always find other students chatting together and joking around. New faces are always welcome – don’t be shy and come make some new friends.

Our Lunch Club is equipped with table tennis, billiards and table soccer tables, as well as many board games too. Oh, and have you heard the latest news? If you like karaoke singing or really wish to try it out, the Lunch Club is going to be the perfect place for you!

We are open every Monday, Tuesday and Thursday during the mid-day break.

Ms Ina Vella & Ms A. Cardona,
Learning Support Zone

 

Dinja Waħda Break Club

Aħna nippruvaw inqattgħu ftit ħin fin-natura u niskopru bosta affarijiet ġodda. Matul l-attivitajiet waqt il-brejk, naraw xi insetti ġodda u differenti u wkoll nosservaw il-fjuri li jkunu qed jikbru fil-ġonna tal-iskola b’mod speċjali fi Ġnien il-Qari. Qegħdin naħdmu wkoll fuq il-“Wildlife Garden” li huwa l-ġnien li se jkun qiegħed jitħejja mill-istudenti tas-seba’ sena, però tul il-brejk aħna nagħtu daqqa t’id ukoll billi nħejju l-passaġġ u nneħħu l-ħamrija fejn meħtieġ, naqtgħu u naqilgħu l-ħaxix selvaġġ u
’l quddiem inħawlu l-pjanti li se nkabbru fil-ġnien.

Is-Sa M. Vella u s-Sur A. Gravina
Għalliema