Kif issir il-Pizza ta’ Napli?

Nhar id-29 ta’ Novembru u fl-4 ta’ Diċembru 2017 l-istudenti kollha tat-Tieni Sena tat-Taljan kellhom ħarġa edukattiva sabiex isiru jafu aktar mill-qrib kif issir il-pizza fil-belt ta’ Napli. Il-grupp ta’ studenti marru fir-ristorant Vecchia Napoli u ltaqgħu mal-Capo Pizzaiolo li spjegalhom it-tipi differenti ta’ dqiq li jintużaw biex issir l-għaġina tal-pizza. Wara kien hemm dimostrazzjoni fuq kif tinfetaħ l-għaġina u finalment kull student kellu l-opportunità li jipprattika din it-teknika, kif ukoll jifrex iz-zalza tat-tadam u jżid il-mozzarella.

Il-pizez imħejjija mill-istudenti ġew imsajra u hekk kif l-istudenti temmew jieklu l-pizza tagħhom, il-Head Pizzaiolo ta spettaklu qasir, billi fetaħ l-għaġina fl-ajru permezz ta’ movimenti akrobatiċi bl-idejn. Waqt il-ħin li qattgħu fir-ristorant, l-istudenti qagħdu jisimgħu mużika Naplitana, żifnu għad-daqq ta’ diski tradizzjonali Taljani u setgħu jgawdu l-atmosfera awtentika ta’ ristorant Taljan.

Is-Sur M. Scerri, s-Sa. A. Scicluna u s-Sa. K. Balzan Mangion
Għalliema tat-Taljan

U…Aktar Pizza!

Matul din il-ħarġa, l-istudenti marru ġewwa pizzerija fejn tgħallmu jagħmlu l-pizez. Dan kien parti mis-sillabu tal-Malti dwar l-istruzzjonijiet. L-istudenti raw il-proċess tal-pizza u segwew l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom.

Is-Sa. S. Spiteri
Għalliema tal-Malti