Kampanja Nirriċikla għall-Istrina

L-iskola tagħna għat-tieni sena konsekuttiva ħadet sehem fil-Kampanja Nirriċikla għall-Istrina. Din il-Kampanja tittella’ kull sena mill-kumpanija GreenPak. Il-kumpanija GreenPak tiġbor dawn it-tappijiet mill-iskejjel u wara tippreżenta somma ta’ flus lill-Malta Community Chest Fund waqt l-Istrina. Din is-sena l-kumpanija irnexxxielha tiġbor aktar minn sittax-il miljun tapp.

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min iġibilna tappijiet tal-fliexken tal-luminata u tad-deterġenti. Din is-sena irnexxielna niġbru 137 kilo tappijiet.

Grazzi ħafna.