Junior Eurovision Song Contest 2K17

Jiena jisimni Anika Portelli. Għandi tnax-il sena u ġejt magħżula bħala żeffiena biex niżfen u nirrappreżenta lil Malta. Konna ħamest ibniet, fosthom Jasmine, Desmea, Daya u Yana. L-iktar importanti kien il-kantant li jismu Gianluca Cilia u għandu għaxar snin. Id-diska jisimha ‘Dawra Tond’. Jiena flimkien ma’ sħabi u l-kantant morna Georgia,Tbilisi. Meta kienu qaluli biex nieħu sehem, qatt ma kont naħseb li se jiġri hekk.

Għamilna ħafna rehearsals u jien irnexxieli nagħmel ħafna ħbieb minn pajjiżi differenti bħall-Olanda, l-Italja, ir-Russja, il-Georgia, l-Awstralja, il-Portugal, il-Polonja, l-Armenija, l-Albanija, is-Serbja, l-Ukraina, l-Irlanda u l-Belarus. Ħadt ħafna ritratti mal-kantanti ħalli jkolli memorji sbieħ.

Nixtieq nirringrazzja lill-iskola, fosthom lill-għalliema, l-ħbieb u l-kap tal-iskola flimkien mal-assistant kapijiet tas-sapport kbir li tawni. Nirringrazzja ukoll lil Annalise Ellul ta’ ‘Annalise Dance Studio’ fejn immur niżfen jiena, tax-xogħol u ż-żifna li tatna.

Grazzi ħafna minn qalbi lil kulħadd.

Anika Portelli
Studenta fil-Klassi 202