Jum ta’ Solidarjeta’ mas-Sirja

Fil-31 ta’ Mejju fl-iskola tagħna organizzajna Jum ta’ Solidarjeta’ mas-Sirja. L-idea ħarġet wara li rajna xeni tal-biki dwar x’ġara fis-Sirja wara l-attakki ta’ bombi kimiċi fuq in-nies. Fuq it-televiżjoni u fuq il-midja soċjali rajna kif it-tfal spiċċaw korruti u maqtula wara dawn l-attakki u għalhekk bdejt niddiskuti mal-istudenti Sirjani dwar x’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom.

Solidarity Day Solidarity Day

Fl-iskola għandna seba’ studenti Sirjani; sitt subien u tifla. Dawn it-tfal jafu eżatt minn liema martirju għaddejjin għax minn hemm ġew.  L-ewwel kellna laqgħa ma’ Sara Ezabe, ex-studenta u ex-head girl  ta’ din l-iskola, li hija attiva ħafna fil-qasam tal-inklużjoni soċjali, speċjalment fl-inklużjoni ta’ gruppi ta’ minoranza bħalha.  F’din il-laqgħa ġie deċiż li jkun hemm jum fejn niġbru l-fondi għall-familji tas-Sirja, biex ikun organizzat focus group ħalli jgħin lit-tfal Sirjani li għandna fl-iskola. Ġie deċiż ukoll biex issir xi attivita’ ħalli l-istudenti jsiru aktar konxji dwar is-sitwazzjoni prekarja tas-Sirja.    

Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day

Għal-laqgħa tat-tfal Sirjani attenda Dr. Ayman Mustafa, tabib Sirjan li jaħdem l-isptar Mater Dei, fejn iddiskuta mat-tfal xi diffikultajiet li ltaqgħu magħhom u li għandhom biex jissetiljaw f’Malta. Imbagħad fil-Jum ta’ Solidarjeta’ mas-Sirja, il-ġenituri tal-istudenti Sirjani għamlu l-ħelu Sirjan li nbiegħ biex il-qligħ imur għall-familji Sirjani li għadhom fil-gwerra.  Dan il-ħelu ntgħoġob ħafna, kemm mit-tfal kif ukoll mill-għalliema.  F’din l-attivita’ nġabru 342 ewro li sejrin direttament għas-Sirja.

Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day

Tagħrif dwar is-sitwazzjoni tal-gwerra fis-Sirja ġie mgħoddi waqt l-assembly  u kien hemm dokumentarji għaddejjin fuq l-iscreen tal-iskola l-ġurnata kollha.  Hemm pjanijiet li dan il-proġett jitkompla s-sena d-dieħla billi jkollna laqgħa oħra ma’ Dr. Mustafa u jkollna preżentazzjoni mill-UNHCR dwar il-qagħda fis-Sirja u r-refuġjati li ġejjin minn hemm.

Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day Solidarity Day

Is-Sa. T Scopazzi
Għalliema tal-Istudji Soċjali















Comments are closed.