Jum Internazzjonali tat-Tifkira tal-Olokawst 2015

Is-27 ta’ Jannar huwa l-Jum Internazzjonali tat-Tifkira tal-Olokawst.  F’ din il-ġurnata nfakkru l-miljuni ta’ Lhud li nqatlu min-Nazzisti fit-tieni gwerra dinjija fil-kampijiet tal-konċentrament.

Bħas-sena l-oħra l-istudenti tal-Ġermaniż ħejjew attivita’ qasira għal waqt l-assembly tal-Form 1.  F’din l-attivita’ kienet tinħass sewwa atmosfera’ pjuttost ta’ dieqa għax kulħadd irrifletta fuq il-ħruxijiet li ġraw f’dawk iż-zminijiet u kulħadd qisu fehem li dawk l-atroċitajiet sfortunatament għadhom jiġru madwarna kullimkien!

Hawn min jghid li l- Olokawst mhux vera seħħ fit-tieni gwerra dinjija.  Li nafu aħna hu li sallum miljuni ta nies għadhom jinqatlu jew minħabba t-twemmin tagħhom jew minħabba r-reliġjon tagħhom.  Ejjew flimkien nippruvaw inkunu aktar toleranti u naċċettaw lill-oħrajn biex forsi xi darba l-kattiverja tispiċċa u jerġa jkun hawn il- paci u t-trankwillita bħal ma ħolmot Anne Frank..  Sa dakinhar nibqgħu nemmnu, nibqgħu nittamaw.