Jum il-Ġenituri

Bħal kull sena, Jum il-Ġenituri iservi biex l-edukaturi fl-iskejjel ikollhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-ġenituri jew gwardjani tal-istudenti. B’hekk isiru jafu lil min jieħu ħsieb l-istudenti tagħhom, iwasslu l-fehmiet tagħhom dwar l-iżvilupp akkademiku tal-istudent/a, u fl-aħħar imma mhux l-inqas jisimgħu ix-xewqat tal-ġenituri. Din is-sena Jum il-Ġenituri ħabat nhar it-Tlieta 27 ta’ Marzu. L-attendenza kienet waħda itjeb minn ta’ snin oħra, iżda bħala skola dejjem nixtiequ li minn sena għall-oħra in-numru dejjem jiżdied.

Nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min għamel mill-aħjar li seta’ biex ġie. Matul Jum il Ġenituri kellna wkoll il-bejgħ ta’ kotba nteressanti mil-librara u minn għalliema u edukaturi oħra tal-iskola, b’parti mill-qligħ imur biex liskola tkun dejjem tista’ tixtri iktar kotba għal-librerija tagħha.

Is-Sur S. Zammit
Kap tadDipartiment
tal-Ingliż