Jum iċ-Ċelebrazzjoni 2017

Jum iċ-Ċelebrazzjoni huwa jum importanti għall-istudenti għaliex huwa propju f’ dan il-jum  li fih jaħsdu dak kollu li jkunu ħadmu għalih. F’dan il-jum ma niċċelebrawx biss kisbiet edukattivi imma niċċelebraw ukoll valuri,  bħall-altruwiżmu, l-integrità u l-ġenerożità.  Dan nagħmluh għax nemmnu li l-iskola għandha toffri edukazzjoni ħolistika, edukazzjoni li ma tagħtix importanza biss lis-suġġetti imma wkoll lill-valuri għax huma dawn il-valuri li jgħinuna niżviluppaw f’ ċittadini denji ta’ pajjiżna.

[Best_Wordpress_Gallery id=”17″ gal_title=”Celebration Day 2017 – Part 1″]

Għal dan il-jum ġie ppreżentat programm varjat.  Kellna grupp ta’ studenti li ppreżentaw ‘Music through the Ages’ taħt it-tmexxija tas-Sinjura Sarah Galea li ħejjiet il-korjografija.  Dan il-vjaġġ mużikali ħa lil dawk preżenti  lura fiż-żmien u ġabilhom memorji u nostalġija b’diski bħal ‘Come On Let’s Twist n’, ‘YMCA’, ‘Thriller’, ‘Cotton Eye Joe’ u ‘Uptown Funk’.

Il-Ghar Tax-Xelter
 

Poster - Il-Ghar tax-Xelter
 

Ta’ kull sena f’Jum iċ-Ċelebrazzjoni, l-iskola ttellgħa reċta. Però din is-sena kellna xi ħaġa differenti. Din is-sena ġie ppreżentat il-film ‘Il-Għar tax-Xelter’, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Trevor Zahra taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Daniela Dimech u bi produzzjoni tas-Sinjura Deborah De Battista. F’dan il-film l-istudenti tagħna, ħadmu id f’id ma’ għalliema, purtinara, LSA, tekniċi, qraba u ħbieb u jkollna ngħidu anke klieb. Kien proġett li nvolva ħafna sigħat ta’ xogħol imma proġett li għaqqadna u wriena li meta naħdmu flimkien, il-ħolm isir realtà.

 

 

[Best_Wordpress_Gallery id=”19″ gal_title=”Celebration Day 2017 – Part 2″]

Is-Sa. D. Dimech