Is-Sbejħa u l-Mostru – Pantomima 2018

Ikolli nammetti li għalija wieħed mill-aktar films ta’ Disney li jogħġbuni huwa propju l-film animat “Is-Sbejħa u l-Mostru”.  Nammetti wkoll li meta t-tfal tiegħi kienu żgħar, kelli skuża tajba biex noqgħod nara u nerġa’ nara dan il-film magħhom waqt li huma kien ikollhom jissapportu l-istunar tiegħi jien u nkanta mal-kanzunetti tal-film.  Illum ninduna kemm imsieken kienu jissaportuni!

Allura tistgħu tifhmu l-għala jiena ħadt gost nikteb u flimkien ma’ sħabi nipproduċi din l-istorja bħala reċta tal-Milied ġewwa l-iskola tagħna.  Pero’ wisq nibża’ li kieku Walt Disney kien għadu ħaj u kellu x-xorti jiġi l-iskola tagħna, nassigurakom li ma kienx jinduna li qed jara l-istess storja!

Kieku Walt kien jiċċassa jammira s-sbuħija ta’ ħut is-sbejħa, Jessie J u Brittney G.  Kien żgur jitlef għaqlu wara s-Sinjura Daisy Seggylion Galea Gaffarena.  U kien jiġri ’l bogħod kemm jiflaħ mit-tliet sħaħar apprentisti Lilly, Milly u Jilly ħalli ma jdaħħluhx f’xi koċċ inkwiet.

 


 

Tgħid xi jmiss is-sena d-dieħla?  Ara ħa nħallikom ħalli mmur nibda naqra u nara l-istejjer ta’ Walt Disney.  U isimgħu minni, ilbsu t-tappijiet f’widnejkom għax forsi nibda nkanta!

Is-Sa D. Dimech
Direttriċi tal-pantomima