Inkomplu niżirgħu s-siġar fl-iskola tagħna

Wara li l-Ħadd 18 ta’ Frar żrajna madwar 55 siġra, kien imiss issa li l-istudenti jiżirgħu madwar 13 – il siġra waqt il-ħin tal-iskola. Minn dakinhar ‘l hawn dawn is-siġar kienu qegħdin jinżammu fis-serra li għandna l-iskola stess sabiex ikollhom temperatura komda. Minn kmieni filgħodu l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom u nies mill-EkoSkola bdew jaħdmu qattiegħ. Lestew l-għodda, ħafru l-ħofor, ippreparaw il-bramel bl-ilma u ġarrew is-siġar ċkejknin lejn il-post.

Għal 10:30 ingħaqqad ma’ dan il-grupp ta’ studenti l-Ministru Evarist Bartolo li wkoll ħawwel siġra għall-okkazzjoni. L-istudenti nnfushom ippreżentaw informazzjoni u anka tifkiriet tal-okkazzjoni lil Ministru, li min-naħa tiegħu staqsihom diversi mistoqsijiet dwar ħidmithom b’risq l-iskola.

Is-Sa C. Seguna
Assistenta Kap tal-Iskola