Il-Maratona b’risq Puttinu Cares

Il-Maratona b’risq Puttinu Cares

Min tilef lil xi ħadd għażiż minħabba l-marda kiefra tal-kanċer, jaf minn liema tbatija u martirju jgħaddu dawn in-nies u l-familjari tagħhom. Minbarra l-uġiegħ fiżiku, jbatu psikoloġikament minħabba l-ispejjeż kbar involuti biex jieħdu l-kura kontra din il-marda. Ħafna minnhom ikollhom isiefru barra minn Malta u l-ispejjeż ikomplu telgħin. Il-fondazzjoni Puttinu Cares tagħmel minn kollox biex tgħin lil dawn in-nies u kien għalhekk li għal dawn l-aħħar sitt snin l-iskola tagħna organizzat maratona b’risq din il-fondazzjoni.

Kollox beda fis-sena 2009 meta grupp ta’ studenti zaru Rainbow Ward  u rregalaw numru ta’ kotba biex tinbeda librerija għat-tfal rikoverati hemmhekk.  Tant impressjonaw ruħhom li iddeċidew li jagħmlu xi ħaġa biex ngħinu lil dawn it-tfal.  Dan kien il-bidu tal-maratona fl-iskola tagħna.  Dik is-sena inġabru Euro 2700.  Minn dak inhar lil hawn nikkalkulaw li nġabru kwazi Euro 10 000.  Din is-sena ġbarna is-somma sabiha ta’ Euro 1500.

Din is-somma ġiet ippreżentatha lil Puttinu Cares waqt il-maratona tagħhom fil-grawnd tal-Marsa.

Grazzi kbira tmur mill-qalb lit-tfal kollha li ġabru l-flus u lill-għalliema tad-donazzjonijiet tagħhom. Grazzi ukoll lill-kap ta’ l-iskola, s-Sur Emile Vassallo, talli dejjem ikun warajna f’dawn l-attivitajiet. Grazzi oħra tmur lill-isponsors tagħna – Vodafone, Hornblower Cruises, Captain Morgan, Bits of Glitz, Burger King, Embassy Cinemas, Eden Cinemas, Hilton Malta, St. George’s and La Vallette Resort, Hairtip by Roseanne, Supreme Travel, Beauty Bliss u Franks Perfumery.

 

Grazzi mill-qalb.

10372308_765028660209005_2433962944322214931_n