Il-Fiera tal-MyJourney

Għall-istudenti Maltin, it-tmien sena ta’ skola għandha ċerta importanza għax fiha jagħżlu liema suġġetti jridu jispeċjalizzaw fihom mit-tielet sena. L-istudenti huma mħeġġa li jiżnu sew biex jagħżlu suġġetti li jixhdu l-identità u l-individwalità tagħhom.

Bħala parti mill-MyJourney, minn din is-sena l-istudenti tagħna setgħu jagħżlu suġġetti vokazzjonali flimkien ma’ dawk akkademiċi li tradizzjonalment kienu offruti, bħax-xjenzi u l-lingwi. Biex ikunu jistgħu jwettqu għażla għaqlija, ġiet organizzata fiera għall-iskejjel f’lukanda prinċipali. L-istudenti tagħna wrew interess f’diversi oqsma, inkluż dak tal-hairdressing u tal-agribusiness. Oqsma oħra preżenti fil-wirja kienu dawk tal-fotografija u l-vidjografija, tal-midja, tat-tessuti, tal-ospitalità, u tal-inġinerija u r-robotika, flimkien mas-suġġetti tradizzjonali bħal-lingwi, l-istudji umanistiċi u x-xjenzi.

 

 

L-istudenti mhux biss staqsew biex jitkixfu aktar, imma anki ħadu l-fuljetti informattivi li kienu qegħdin jitqassmu biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla għalihom. Nixtiequ lill-istudenti tagħna futur sabiħ fis-suġġetti li jagħżlu!

Is-Sur S. Zammit
Kap tad-dipartiment tal-Ingliż