Il-bejgħ ta’ cupcakes għal Pink October…

Nhar il-Ħamis 25 ta‘ Ottubru 2018 kellna l-pjaċir nilqgħu fostna lis-Sinjura Michelle Muscat u ppreżentajnielha s-somma ta‘ €200 bħala donazzjoni għall-Kampanja Pink October.

Il-flus li ngħataw inġabru mill-bejgħ ta‘ cupcakes li ġew imsajra mill-membri tal-istaff. Is-Sa Muscat, b’turija t’apprezzament għal dan il-ġest, tat donazzjoni ta’ €500 biex jintefqu f‘kotba għal-librerija tagħna. Aħna bħala skola dejjem appoġġjajna din il-kampanja għax nemmnu li huwa importanti li nqajmu kuxjenza biex insalvaw ħajjiet prezzjużi. Grazzi lil kull min ta sehem.

 

 

Is-Sa D. Dimech
Kap tad-Dipartiment tal-Ġermaniż