Ħarsien tal-Annimali

U waslet fi tmiemha l-‘Animal Awareness Week’ ukoll. Ġimgħa li fiha tellajna attivitajiet biex inqajmu kuxjenza favur l-annimali. Organizzajna l-kompetizzjoni ‘Selfie with my Pet’ u sponsorjajna tlettax -il kelb mill-AAA, GRAZZI kbira lil kulħadd.

Dalgħodu kellna fostna lis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, lill-Kummisarju tal-Annimali, is-Sur Emanuel Buhagiar, kif ukoll lis-Sur Noel Montebello, Direttur tal-‘Animal Welfare’. Dawn qassmu premjijiet u ċertifikati għall-okkazjoni. Grazzi kbira tmur ukoll lil Borg Cardona Co Ltd u lil Avantech.

Agħfas hawn biex tara l-artiklu li deher fuq il-websajt inewsmalta.com

Agħfas hawn biex tara l-artiklu li deher fuq il-websajt one.com.mt

Is-Sa D. Dimech