Ħarġa PBS

Nhar it-30 ta’ Mejju bħala parti mil-lezzjoni tal-Personal and Social Development (PSD) numru ta’ studenti tal-ewwel sena kellhom l-opportunità jagħmlu żjara edukattiva l-PBS Creativity Hub fi Gwardamangia. Din il-ħarġa ġiet organizzata mill-għalliema tal-PSD Ms. Fabri u Ms. Giordimania.
Meta l-istudenti waslu l-PBS Creativity Hub laqgħathom Ms Ruth Amaira li tathom mug u ID holder bil-logo tat-PBS bħala tifkira.
Ms Amaira dawrithom mal-PBS u kellmithom dwar il-funzjoni tal-kmamar u x-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu hemm. L-istudenti żaru ħafna kmamar differenti fejn isiru numri ta’ programmi, fosthom insibu l-istudios, il-kamra tar-radju u tal-aħbarijiet.
L-istudenti setgħu jaraw apparat antik bħal kameras u apparat ieħor modern. Minħabba f’hekk setgħu iqqabblu kameras antiki ma dawk li jintużaw illum. L-istudenti tgħallmu wkoll fuq karrieri differenti li hemm fil-qasam tax-xandir. Huma setgħu wkoll jesperjenzaw ix-xogħol li jsir hemmhekk u kif fil-fatt isir ix-xandir.

Slide5 Slide2 Slide3 Slide10 Slide7 Slide1 Slide6 Slide11 Slide13 Slide14 Slide15