Ħarġa għal Għawdex

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu, numru sabiħ ta’ istudenti mill-ewwel, mir-raba’ u mill-ħames sena marru ġurnata Għawdex.  Din l-attività kienet organizzata mis-Sa. Nadya Bonnett (l-għalliema tal-Ġografija) u s-Sa. L. Farrugia (l-għalliema tal-Malti) bl-għajnuna tas-Sa. S. Tarhuni (l-għalliema tal-Għarbi), is-Sa. T. Scopazzi (l-għalliema tal-Istudju Soċjali) u s-Sa. R. Hewitt (l-għalliema tal-Franċiż).  Matul il-ġurnata l-istudenti ttieħdu ċ-Ċittadella u ġew murija r-restawr u r-riabilitazzjoni tagħha filwaqt li ammiraw is-sejbiet arkeoloġiċi li issa qegħdin jiġu ppriservati u protetti filwaqt li qed iservu bħala attrazzjonijiet addizzjonali fiċ-Ċittadella.

Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex Ħarġa għal Għawdex

Wara morna d-Dwejra u nnutajna li lid-Dwejra sarilha kambjament kbir minħabba n-nuqqas tat-tieqa li tant kienet famuża għaliha. Ms. Bonnett u l-istudenta tagħha Megan Galea studjaw li t-tnaqqir fit-tieqa kien proċess naturali minħabba l-elementi naturali li seħħew fuq ħafna snin. Minkejja kollox, id-Dwejra għadha sinonima mal-Ġebla tal-Ġeneral, l-Qawra u l-Blue Hole.

Kienet ġurnata memorabbli għall-istudenti, l-iktar għal dawk li qatt ma kienu żaru Għawdex qabel.

Is-Sa. L. Farrugia
Għalliema tal-Malti