Ħarġa ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur

Xi studenti tal-ewwel sena marru jżuru l-Palazz tal-Inkwiżitur, ġewwa l-Birgu. Din il-ħarġa kulturali kienet waħda organizzata tajjeb, fejn l-istudenti ingħataw informazzjoni tajba ħafna dwar l-iskop ta’ dan il-post storiku, kif ukoll dwar xi affarijiet  li jagħmlu parti mill-Folklor Malti, fosthom kif kienu jinħietu l-ilbies, ilbies awtentiċi tradizzjonali, it-torturi u ċ-ċelel. Wara li ngħataw l-informazzjoni, l-istudenti ħadu sehem f’attività fejn kellhom ilibbsu żewġ maninkini, b’illbiesi tradizzjonali tal-irġiel u n-nisa tal-imgħoddi. L-iktar parti li l-istudenti ħadu pjaċir jagħmlu, kienet ir-reċta. L-istudenti, bit-tħejjija minn qabel, ingħataw iċ-ċans li jirreċtaw sitwazzjoni li kienet seħħet verament ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur. L-istudenti saru jafu li din is-sitwazzjoni, u ħafna oħrajn simili, sirna nafu bihom grazzi għall-manuskritti li nstabu u ġew miżmuma.

L-iktar parti eċċitanti għalihom kienet l-ilbies tal-kostumi abbinati mal-karattru tagħhom. L-istudenti daħlu ħafna fil-karattru li  ngħataw u rreċtaw tajjeb ħafna. Ħarġiet kulturali ta’ dan it-tip huma essenzjali ħafna għall-istudenti tagħna biex iħossuhom iktar qrib tal-imgħoddi u hekk jagħmlu l-proġett tal-Malti b’iktar ħeġġa.

Is-Sa. M. Bilocca u s-Sa. S. Spiteri