Ħarġa edukattiva fl-Istitut tat-Turiżmu, San Ġiljan

Fl-ewwel ta’ Diċembru studenti interessati li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu kellhom ħarġa fejn żaru  l-Istitut tat-Turiżmu f’San Giljan. Kienu akkumpanjati mill-għalliema tal-guidance is-Sa. M. Fabri u s-Sa. A. Polubinsky.

Hemmhekk l-istudenti kellhom l- ewwel preżentazzjoni fejn ġew infurmati dwar ix-xogħlijiet u l-karrieri kollha  li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tat-turiżmu. Kienu infurmati wkoll dwar il-kwalifiki li hemm bżonn biex tidħol f’dan l-istitut.

Wara l-istudenti kellhom l-opportunita li jduru l-kċejjen u jaraw l-istudenti tal-istess istitut jippreparaw l-ikel. Imbagħad l-istudenti żaru ir-ristorant The Vaults, fejn kielu l-ikel li  ppreparaw l-istudenti tal-istitut.

L-istudenti ħadu ħafna gost u tgħallmu diversi affarijiet dwar kif għandhom jirnexxu l-quddiem biex jilħqu l-għan tagħhom u jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu.

Is-Sa. M. Fabri