Ġimgħa ta’ Gratitudni

Kultant hu diffiċli li ngħidu grazzi. Nieħdu lil kulħadd ‘for granted’ u nimmaġinaw li l-affarijiet isiru waħidhom jew li għandhom ikunu għandna bi dritt. Għal dan il-għan il-kunsill tal-istudenti tal-iskola ħareġ bl-inizjattiva tal-Ġimgħa ta’ Gratitudni. Din l-inizjattiva ġiet varata illum billi tqassmu noti ta’ apprezzament lill-purtinari u lis-segretarji. L-għalliema tal-PSCD għinu biex dan ikunu possibli. Grazzi ħafna!

Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Ġimgħa ta’ Gratitudni Kunsill tal-Istudenti

Nhar l-Erbgħa l-istudenti ser iqassmu noti ta’ gratitudni lill-għalliema. Il-Ħamis ser jinġabru bottijiet u ikel ieħor biex is-sens ta’ gratitudni toħrog barra mill-bibien tal-iskola. Dan l-ikel ser jinġabar u jingħata lill-istitut tat-tfal. Il-Ġimgħa l-istudenti ser iqassmu noti ta’ gratitudni lil xuxlin biex juru apprezzament tal-ħbiberija li teżisti bejniethom.

Prosit lil kulħadd!

Is-Sa. D. Dimech