Ġimgħa ta’ Gratitudni

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, aħna l-istudenti tal-Kunsill tal-iskola organizzajna attivita’ bl-isem ta’ “Gratitude Week”. Kull jumejn kien ikollna xi attivita’ differenti, eżempju studenti jgħinu lill-għalliema u jgħaddu kumplimenti sbieħ lil xulxin. Kien hemm saħansitra opportunità fejn l-istudenti setgħu iġibu xi ikel ippreservat sabiex dawn wara ingħataw lil min hu anqas ixxurtjat minnhom. Bis-saħħa ta’ dawn l-attivitajiet l-istudenti kellhom ċans tad-deheb biex isiru jafu mill-qrib in-nies li jieħdu ħsieb l-iskola u l-ambjent tagħha. Fuq kollox kellhom iċ-ċans li jgħaddulhom ittri ta’ ringrazzjament tax-xogħol kollu u tad-dedikazzjoni li joffru tul is-sena kollha.

Trishia Cassar
Klassi 501