Għand l-Inkwiżitur

“Dak x’qed jagħmlu l-istudenti ta’ San Gorg Preca College Middle School Blata l-Bajda għand l-Inkwiżitur?! X’waħda din tgħid l-Inkwiżitur sakkarhom f’xi ċella taħt l-art?!”
“U le…xejn minn dan! Fejn sejjer b’moħħok! Dik il-ħarġa tal-lum b’rabta mal-Malti ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

L-istudenti tagħna kellhom l-opportunità li jaraw sorsi primarji ta’ valur storiku kbir (fejn uħud minnhom imorru lura għal Żmien ir-Rumani), jisimgħu preżentazzjonijiet interessanti, jaraw u jilbsu ħwejjeġ tradizzjonali Maltin, jidħlu f’ċelel, josservaw l-għodda li kienet tintuża għat-tortura fi żmien l-Inkwiżizzjoni, u jieħdu sehem f’reċta fit-tribunal tal-Inkwiżitur.
Żgur li kienet ħarġa edukattiva u interessanti għall-aħħar!

Prosit u Grazzi kbira tmur għad-Dipartiment tal-Malti fl-iskola tagħna!