Fuq l-art u fuq il-baħar…

Nhar it-30 ta’ Mejju kien jum speċjali għal numru ta’ studenti tal-ewwel sena li qattgħu ġurnata mill-isbaħ ġewwa Birżebbuġa fejn kellhom attivitajiet ta’ ħidma fi gruppi u kellhom ukoll l-opportunita’ li jduru dawra fuq il-baħar fuq dgħajjes żgħar bil-mutur. Din il-ġurnata serviet ukoll ta’ rikonoxximent għal sena ta’ ħidma min naħa tal-istudenti li kienu magħżula biex jattendu.

Waħda mill-istudenti qaltilna “Kienet l-aqwa ġurnata ta’ din is-sena!” Sodisfazzjon kbir għat-tħejjija u d-dedikazzjoni tal-għalliema u l-assistent kap involuti. Napprezzaw ħafna l-impenn u l-ħidma tal-għalliema li flimkien sawwru esperjenza ta’ tagħlim mill-aqwa. Grazzi kbira lis-Sur J Briffa, s-Sur A Borg, s-Sur W. Buttigieg, Ms. R. Minuti u Ms. N. Abela . Ringrazjament speċjali lill-Birżebbuġa Sailing Club li mingħajru dan l-avveniment ma kienx ikun possibbli.

Nittamaw li nkunu nistgħu indaħħlu dan l-avveniment fil-kalendarju annwali tal-iskola.

[print_gllr id=1078]