Form 5 Sleep Over

Fl-ewwel ġimgħa ta` Diċembru grupp imdaqqas ta` studenti tal-ħames sena pparteċipaw fi Sleep Over ġewwa l-iskola. L-għan ta’ din l-attivita` kien li jkun tmien il-ġimgħa mill-isbaħ fejn l-istudenti jitgħallmu u jipparteċipaw f’diversi oqsma tal-ħajja. Għan ieħor kien li l-istudenti jagħlqu l-kapitlu tal-edukazzjoni sekondarja tagħhom b’iktar memorji sbieħ.

L-istudenti ltaqgħu ma’ diversi personalitajiet Maltin li qasmu l-esperjenzi ta` suċċess fl-isfera rispettiva tagħhom. Fosthom kien hemm il-kantanta Ira losco u Pawla ta’ Liquorish.  Dawn wasslu messaġġi pożittivi u ta’ inkoraġġiment kif wieħed għandu jħares lejn il-ħajja, minkejja d-diversi ostakoli li kulħadd jgħaddi minnhom. L-istudenti ħadu sehem f’sessjonijiet kif wieħed għandu jieħu ħsieb id-dehra tiegħu u japplika l-irtokk skont l-okkażjoni. Fost l-attivitajiet inklużi kien hemm ukoll sessjonijiet ta’ żfin u ta’ Self-Defence, logħob sportiv bejn l-istudenti u membri tal-istaff, mużika bi strument tradizzjonali Afrikani kif ukoll il-kreazzjoni tal-mużika permezz ta` oġġetti riċiklati ma’ Peter Psul tat-Tribalu.

Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5

Attivita` oħra kienet treasure hunt bil-lejl madwar l-iskola stess. L-istudenti pparteċipaw bi ħġarhom f’kull inizzjattiva, iżda żgur li jispikka l-lejl li dawn qattgħu ma’ sħabhom taħt is-superviżjoni ta’ numru ta’ membri tal-istaff. Dan serva ta’ lok fejn wieħed isir jaf lill-oħrajn f’kuntest inqas formali. Jidher li kien hemm bosta x’jintqal u x’jittiekel – tant li l-irqad kien minimu għall-aħħar. Kienet esperjenza pożittiva immens fejn issaħħew ir-relazzjonijiet umani bejn dawk involuti kif ukoll kienet ta’ tagħlim għall-ħajja. Fl-aħħar tal-attivita` l-istudenti ngħataw key chain kommemorattiva bħala tifkira tanġibbli.

Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5 Live In Form 5

Nixtiequ ngħalqu billi nirringrazjaw lill-istudenti tal-parteċipazzjoni u tal-imġiba eżemplari li wrew matul dan l-iSleep Over. Imma b’mod speċjali nixtiequ nuru l-apprezzament lejn i-numru ta’ LSAs u għalliema, l-istaff anċillari u lill-Kap tal-Iskola li kienu strumentali biex attivita` bħal din tkun possibli. Huwa grazzi għal dan l-isforz kollettiv li inizzjattivi bħal dawn isiru u jkunu ta` suċċess.

Is-Sa. L. Camilleri u s-Sa. S. Desjardins