Edukazzjoni Finanzjarja – Tgħallem, Ġemmgħa u Faddal

Fit-tmienja ta’ Marzu 2017 l-għalliema tal-Home Economics ippartecipaw fi sfida fuq l-edukazzjoni finanzjarja. Intgħażlu grupp ta’ għaxar studenti tas-seba’ sena li ġew mqassma f’żewġ timijiet. Kull tim ħa sehem f’attivitajiet relatati mat-tema ‘Tgħallem, Ġemmgħa u Faddal’.

Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja

L-isfida bdiet billi kull tim kiteb dak li jiġi f’moħħu meta jisma’ bil-kelma flus! It-timijiet raw filmat qasir fuq dak li għandna bżonn u dak li nixtiequ, u wara ngħataw sett ta’ stampi biex jisseparawhom skont dak li tgħallmu. Fl-attivita’ ta’ wara t-timijiet kellhom jimmaġinaw li sejrin jixtru ġo ħanut fittizju. Kull tim ingħata kartiera bi flus fittizji u kellhom jiddeċiedu kif se jqassmu l-flus u fuq xiex se jonfquhom. Wara l-attivita kien hemm diskussjoni qasira biex l-għażliet tagħhom jiġu evalwati.

Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja Edukazzjoni Finanzjarja

Wara din l-attivita’ t-timijiet ingħataw żewġ sitwazzjonijiet differenti fejn kellhom jippjanaw reċta żgħira li tirrifletti s-sitwazzjoni u tgħaddi messaġġ. L-istudenti wara tgħallmu kif għandhom iqassmu l-flus billi pjanaw ‘budget’ fuq formola li tqassmitilhom. L-aħħar attivita’ tal-isfida kienet kwizz bejn it-timijiet fuq dak kollu li kien diskuss! L-istudenti ipparteċipaw bi ħġarhom u ħadu interess kbir. L-isfida ġiet iffilmjata u l-filmat intbgħat biex tintgħażel l-iskola r-rebbieħa.

Edukazzjoni Finanzjarja2nd Place

Fis-sebgħa u għoxrin ta’ Marzu intgħażlu r-rebbieħa, u l-iskola tagħna klassifikat fit-tieni post. L-istudenti rebħu s-somma ta’ 250 ewro għall-iskola. Prosit lil kulħadd!

Is-Sa. S. Zerafa, Is-Sa. M. Seguna u s-Sa. M. Azzopardi
Għalliema tal-Home Economics